Pumpiera mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qed jissieltu ma’ nirien li ħakmu xi għelieqi fil-Qala Għawdex.
ONE News jinsab infurmat li n-nirien tkebbsu u ħadu ma’ żewġ trakkijiet kbar, vann, u kamra f’xi għelieqi, li eventwalment komplew jinfirxu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Għadu mhux magħruf x’ikkawża n-nirien.
Jidher ukoll li ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.