L-awtoritajiet tal-Bangladesh qed jinvestigaw il-kawża ta’ nirien kbar li ħakmu kamp tar-refuġjati u li ħalla 12,000 persuna bla kenn; iżda, b’xorti tajba, s’issa għadha ma ġiet irrappurtata l-ebda fatalità.
In-nirien qered mal-2,000 kamp, 35 moskea u 21 ċentru ta’ tagħlim għar-refuġjati.
Qed jiġi rrapportat li l-nirien infirxu f’ħakka t’għajn kawża taċ-ċilindri tal-gass fil-kċejjen. Il-pulizija lokali qed tinvestiga jekk dan in-nar tqabbadx b’intenzjoni malizjuża u s’issa b’rabta mal-każ ġie arrestat raġel.
Ħafna mir-residenti ta’ dan l-akbar kamp tar-refuġjati fid-dinja huma nies li qed jaħarbu l-prosekuzzjoni fil-pajjiż ġar tal-Bangladesh, il-Myanmar.
Ritratti: Reuters