Nirien kbar ħakmu fil-port tal-kapitali Lebaniża, Bejrut, ftit aktar minn xahar wara l-isplużjoni li seħħet f’Bejrut stess li ħasdet il-ħajja ta’ madwar 200 persuna.
In-nar jidher li beda minn maħżen taż-żejt u t-tajers f’żona tad-duty free fil-port. Il-fjammi massivi u d-duħħan iswed setgħu jidhru fis-sema minn diversi mili l’bogħod.
Bosta ħaddiema tat-tifi tan-nar u ħelikopters dehru jikkumbattu n-nirien.
S’issa għadu ma hemmx rapporti ta’ nies midruba iżda bosta persuni qed isofru minn qtugħ ta’ nifs riżultat tan-nirien qawwija.