Il-Ħamis filgħodu, nirien kbar ħakmu garaxx fl-akwati f’Ta’ Giorni f’San Ġiljan.
Immedjatament fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li bdew b’ħidma delikata sabiex jikkontrollaw in-nirien.
Fuq il-post wasal ukoll tim mediku mill-isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.