Ftit tal-ħin ilu nirien kbar ħakmu dar fil-viċinanzi tal-Knisja tas-Samra fil-Ħamrun.
Bħalissa fuq il-post hemm membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li qed jikkontrollaw in-nirien kif ukoll numru ta’ Pulizija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Persuni li jinsabu fuq il-post u tkellmu ma’ ONE News qalu li l-kawża ta’ dan in-nar jidher li għandha x’jaqsam ma’ numru ta’ gallinari li s-sid għandu f’daru.
Jidher li f’dan l-inċident ma weġġa’ ħadd.
Iktar informazzjoni hekk kif taslilna.