Ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu fil-limiti tal-Balal f’San Ġwann biex jitfu nirien kbar.
In-nirien ġew ikkawżati minn ħruq ta’ tyres f’din iż-żona. In-nar ikkawża daħna kbira li tidher minn bosta lokalitajiet tal-madwar.
Għadu mhux magħruf jekk kienx hemm nies li weġġgħu kawża ta’ dawn in-nirien.