Nirien kbar ħakmu scrapyard tat-tyres f’Madrid fi Spanja. Dawn in-nirien żiedu fl-intensita taħhhom kawza tar-rih, bis-sema tintela duħħan iswed li kien visibli saħansitra minn tlettin kilometru bod.
Aktar minn għaxar timijiet tat-tifi tan-nar marru fuq il-post, iżda xorta waħda ma rnexxilhomx jikkontrollaw in-nirien aktar minn għaxar sighat wara li bdew in-nirien.
In-nirien jinsabu viċin żvilupp residenzjali f’Sesena, fin nofsinhar ta’ Madrid
F’din iż-żona hemm mal-mitt elf tunellata ta’ tyres ta’ karozzi użati, f’dik li x’aktarx hija l-ikbar scrapyard ta’ dan it-tip fl-Ewropa.