Nirien kbar ħakmu għalqa biswit Triq Dun Manwel Zammit fis-Siġġiewi ftit tal-ħin ilu.
Kelliem għall-Pulizija ikkonferma ma’ dan l-istazzjon li n-nirien aktarx bdew minn għalqa, madanakollu għadha mhux magħrufa l-kawża għalxiex beda n-nar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post hemm jassistu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u uffiċjali tal-Pulizija li qegħdin jevakwaw ir-residenti li joqgħodu fil-viċinanzi.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.