Dar tal-anzjani f’Buġibba qed tiġi evakwata wara li kamra tal-ħasil tal-ħwejjeg inħakmet minn nirien.
L-anzjani inħarġu mill-bieb prinċipali u kif ukoll mill-gallariji bl-għajnuna tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas:18:45 fi Triq it-Turisti fil-Qawra.
Fuq il-post issejħu madwar sitt karozzi tat-tifi tan-nar sabiex jikkontrollaw in-nirien. Apparti minn hekk stazzjonati fil-qrib hemm ambulanzi f’każ li jkun hemm bżonn ta’ tim mediku biex jassistu lil min ikun fil-bżonn.
Persuni li kienu fuq il-post assistew lill-anzjani fejn evakwawhom u ħaduhom fil-Knisja Parrokkjali tal-Qawra bħala prekwazzjoni.