Kellhom ikunu disa’ pumpiera, żewġ uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u diversi sigħat biex intefa’ nirien f’garaxx il-Mosta fejn ħadu n-nar erba’ trakkijiet.
In-nirien kienu kbar ħafna u l-ħidma għall-membri tal-Protezzjoni Ċivili kienet diffiċli mmens hekk kif ma setgħux jidħlu fuq ġewwa tal-garaxx b’mod faċli. Il-garaxx jinsab taħt residenzi u minbarra li kważi nqerdu għal kollox erba’ vetturi kummerċjali saret ukoll ħsara strutturali sostanzjali fil-bini. Saħansitra kienu evakwati numru ta’ residenzi.
Ritratti: CPD