Kważi 16-il elf tomna ta’ art tinsab meqruda b’nirien, li pumpiera f’Kalifornja qed jissieltu biex jitfu. Dan ikkonfermah id-dipartiment tat-tifi tan-nar ta’ Kalifornja lbieraħ filgħaxija.
Iżda jidher illi l-qawwa ta’ nar qed tbatti meta kkumparat mal-jiem ta’ qabel. In-nar beda nhar il-Ġimgħa li għadda.
S’issa aktar minn 6,000 persuna ġew evakwati, b’eluf ta’ djar jinsabu mhedda li jinqerdu fin-nirien.
Uffiċjali wissew illi n-nixfa, it-tibdil fil-klima u ħaxix ħażin huma fatturi ta’ dawn in-nirien, li huma komuni f’dawn iż-żminijiet tas-sena.
Is-sħana qed tippersiti, tant illi mistennija temperaturi għoljin.