Nirien ħakmu wieħed mill-ogħla sulari ta’ Trump Tower fi New York. Fuq il-post issejħu madwar 84 membru mid-dipartiment tat-tifi tan-nar sabiex jikkontrollaw in-nirien fil-blokka lussuża.
S’issa jidher li fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident li ġie rrapportat kmieni filgħodu, ħin Amerikan.
Il-bini li hu madwar 68 sular għoli, jospita fih appartamenti u kif ukoll uffiċċji, fejn sa ftit qabel ma sar President, Donald Trump kien jgħix fih flimkien ma’ familtu.