Minn informazzjoni li għandu one.com.mt jidher li residenza fi Triq l-Isponoż f’Buġibba nħakmet minn nirien.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8:00 ta’ filgħodu.
Fuq il-post isejħet l-assistenza tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili, fejn evakwaw xi nies. Anzjana ta’ 86 sena ttieħdet l-isptar minnħabba li belgħet xi duħħan.
It-triq tinsab magħluqa għat-traffiku.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej…