Minn informazzjoni li għandu one.com.mt nirien għadhom kif ħakmu razzett fl-inħawi tas-Salini.
Kelliem għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kkonferma din l-aħbar u qalilna li bħalissa numru ta’ vetturi tat-tifi tan-nar jinsabu fi triqithom għall-inċident.
Għadu mhux magħruf jekk hemmx annimali maqbuda fin-nirien.
Aktar dettalji kif jaslulna.