Il-Ħamis filgħodu nirien ħakmu parti mill-kumpless tal-Eden Cinemas f’San Ġiljan. Immedjatament fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li tfew in-nirien.
Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li n-nar ġie kkawżat minn ħsarat fis-sistema tad-dawl. Minkejja li n-nar intefa fi ftit ħin il-ħidma tal-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kienet itwal minħabba d-dħaħen qawwija li kien hemm.