Nirien ħakmu klinka tas-snien li tinsab fi Triq il-Ġdida Ħal Luqa. Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9:30 tas-Sibt filgħaxija.
Fil-post kien hemm marru Membri tal-Protezzjoni Ċivili li rnexxilhom jikkontrollaw in-nirien, kif ukoll membri tal-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei li assistew lil mara ta’ 46 sena u r-raġel ta’ 53 sena minn Ħal Luqa li kienu fil-binja xħin tqabbad in-nar. Huma ngħataw l-assistenza medika fuq il-post minħabba d-dħaħen li belgħu.
B’rabta ma’ dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Charmaine Galea.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.