Ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-għaxra, nirien ħakmu fabbrika.
Il-każ seħħ fi Triq il-Prinċep Andrew fil-Marsa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Wieħed seta’ jinnota l-preżenza kbira ta’ ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kollha assistew sabiex jiġi kkontrollat in-nirien.
Filfatt dan l-inċident irrikjeda l-ħidma ta’ tletin uffiċjal tat-tifi tan-nar u erba’ senior officers fost oħrajn.