Nirien kbar ħakmu dgħajsa ta’ madwar 60 pied il-Ġimgħa wara nofsinhar. Minnufih bdiet ħidma kontinwa minn membri tal-Protezzjoni Ċivili li kienu fuq il-post f’boatyard, il-Marsa.
20 pumpiera flimkien ma’ tliet uffiċjali b’6 vetturi tat-tifi tan-nar mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili rnexxilhom jitfgħu n-nirien li ħakmu din id-dgħajsa, f’qasir żmien.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sabiex jitfu dawn in-nirien, kien hemm ukoll żewġ bowsers.
Ħadd ma weġġa f’dan il-każ.