Biswit iċ-ċentru tal-għadd tal-voti, ilbieraħ filgħaxija appartament inħakem min-nirien.
Jidher li fl-appartament, li jinsab fi Triq it-Torri tal-Kaptan fin-Naxxar, ma kien hemm ħadd waqt in-nirien iżda nstema’ xi għajjat minn mara li jaf toqgħod fil-viċinanzi.
Fuq il-post intbagħtu żewġ trakkijiet tat-tifi tan-nar biex jikkumbattu n-nirien li ħakem primarjament kamra fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-appartament.