Nirien fil-lukanda Corinthia San Ġorġ waslu għal evakwazzjoni mill-istess lukanda f’San Ġiljan
Fuq il-post marru numru ta’ membri tat-tifi tan-nar fejn mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li kien tkebbes nar fis-sezzjoni fejn jinħaslu l-ħwejjeġ.
In-nar intefa fi ftit tal-ħin mill-pumpiera tal-Protezzjoni Ċivili madankollu ir-residenti tal-istess lukanda baqgħu evakwati sakemm tneħħa d-duħħan mill-parti t’isfel tal-lukanda.
Malli daqq l-alarm l-impjegati tal-lukanda imxew b’kawtela sabiex evakwaw lir-residenti kollha fejn saħansitra tqassmu numru ta’ fliexken tal-ilma lil dawk li kienu barra.