Il-gvernatur Russu tal-Kosovo rriżenja wara li nar li ħakem stabbiliment kummerċjali ħalla iżjed minn sittin ruħ mejta, fosthom għexieren ta’ tfal.
L-investigaturi qalu li minkejja li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejin, sa issa hu maħsub li fost dawk mejta, hemm total ta’ wieħed u erbgħin tifel u tifla hekk kif in-nar beda minn parti rikreazzjonali fil-post.
Persuni li kienu fuq il-post qalu li minħabba l-fatt li kien diffiċli li wieħed jevakwa ruħu mill-post, kienu ħafna li sabu refuġju fit-toilets.
Il-president russu vladimir putin qal li n-nar ġie kkawżat minn negliġenza kriminali.