Wieħed mill-imħażen fl-impjant ta’ Sant Antnin f’Marsascala nħakem minn nirien.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-16:15 f’wieħed mill-imħażen fl-impjant ta’ Sant Antnin f’Marsacala.
Fuq il-post issejħu membri mill-Protezzjoni Ċivili fejn f’temp ta’ siegħa tnax-il pumpier ikkontrollaw in-nirien.
Intant il-Wasteserv tixtieq tinforma l-pubbliku li mill-ewwel investigazzjonijiet li saru fuq il-post jidher illi dan in-nar ġie kkawżat minn għodda industrijali li kienu qegħdin jitħaddmu viċin sezzjoni taħt l-art fejn fl-imgħoddi kien jinġabar iż-żibel għall-ipproċessar. Bħala prekawzjoni l-ħaddiema li kienu qegħdin jaħdmu f’din is-sezzjoni ġew evakwati u ntalbet l-assistenza minnufih tal-Protezzjoni Ċivili.
Ħadd ma weġgħa f’dan l-inċident u l-operat fi ħdan l-impjant tal-Wasteservġewwa Marsaskala kompla għan-normal hekk kif ġie identifikat li ma hemm l-ebda periklu għas-saħħa tal-ħaddiema.