Karozza tat-tip BMW 520 ħadet in-nar ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-12:45, fi Triq Wied Blandun il-Fgura. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċilli ssejħu fuq il-post u n-nirien kienu kkontrollati, għalkemm ħafna mill-karozza laħqet inqerdet. Dwar dan il-każ infetħet inkjesta.
Intant il-bieraħ ukoll, karozza oħra tat-tip BMW ħadet in-nar, din id-darba aktarx kawża ta’ short circuit. Sid il-karozza kien preżenti meta n-nirien kienu kkontrollati fi Triq Geromino Abos, l-Iklin, għall-ħabta tas-13:55.