Nirien ħakmu r-residenza tal-Kummissarju tal-Puliżija fi Triq Ġużeppi Ellul f’Ħal Luqa. Il-Pulizija ikkonfermat ma’ ONE NEWS li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Il-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kkontrollaw in-nirien. Il-Pulizija qalet li m’hemmx suspetti li dan seta’ kien każ intenzjonat u mhux inċident.