Jidher li ħadd ma weġġa’ f’nirien li ħakmu residenza privata f-Tas-Sliema ftit tal-ħin ilu.
Il-Pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru mal-ewwel fuq il-post biex joffru l-għajnuna meħtieġa. Sorsi fuq il-post qalu ma’ one.com.mt li r-residenti ma kinux id-dar fil-ħin li kien hemm in-nirien, l-membri tad-CPD salvaw xi annimali li kienu fid-dar.