Nirien ħakmu residenza fl-Isla wara li dan kollu beda minn borma fil-kċina.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:30 ta’ dalgħodu fi Triq il-Macina fl-Isla. Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fejn fi ftit ħin ikkontrollaw in-nirien.
Fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.