Taqbad dehumidifier f’residenza fl-Imtarfa. Il-każ seħħ għall-ħabta tat-15:00 ta’ wara nofsinhar fi Triq L-Imtarfa.
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili rrisponda billi immedjatament bagħat tliet vetturi tat-tifi tan-nar mill-istazzjon ta’ Ħal-Far.
Fi ftit ħin il-pumpiera kkontrollaw in-nirien u bdew jivventilaw r-residenza mid-dħaħen li kien hemm.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.