Għadd ta’ pumpieri mill-Protezzjoni Ċivili rrispondew għal sejħa ta’ għajnuna fil-Belt Valletta b’rabta ma’ nirien f’appartament.
Dan hekk kif kien għall-ħabta tad-9:15 ta’ dalgħodu daħlilhom rapport dwar nirien f’appartament fi Triq il-Bjar, fil-parti t’isfel tal-kapitali, qrib Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.
Il-pumpieri dlonk marru fuq il-post biex jikkontrollaw in-nirien, waqt li uffiċjali tal-Pulizija wkoll kienu fuq il-post.
Mill-ewwel informazzjoni, jirriżulta lil ONE li ħadd ma weġġa’ fl-inċident, anke jekk in-nirien aktarx ġew ikkawżati fil-kamra tas-sodda, waqt li ż-żewġ residenti kienu għadhom reqdin.
Aktar dettalji mal-ħin fuq one.com.mt.