Ħadd ma ndarab f’nirien li ħakmu residenza f’Gwardamangia.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8:15 fi Triq Pietru Pawl Xuereb f’Gwardamangia meta għal xi raġuni r-residenza nħakmet minn nirien.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fejn fi ftit ħin ikkontrollaw in-nirien.
Fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.