Ħadd ma’ weġġa f’nirien li tkebbsu f’maħżen fi Triq Garcia De Toledo f’San il-Pawl il-Baħar.
Il-każ seħħ għal ħabta tad-disgħa u nofs ta’ dalgħodu.
Fuq il-post immedjament marru l-Pulizija tad-Distrett, membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u membri mis-Salib l-Aħmar u St. John Rescue Corps.
Il-ħidma tagħhom kienet waħda intensiva hekk kif bdew jitfu n-nirien filwaqt li tneħħew il-kaxxex u l-oġġetti oħra biex evitaw li aktar nirien ikompli jinferxu.
Il-ħidma tant kienet waħda intensiva u damet għal ħafna sigħat, li stajna nindunaw li l-ħaddiema u l-voluntiera li kienu lebsin ħwejjeġ ħoxnin protettivi, bdew ibatu taħt xemx tiżreġ waqt li jikkontrollaw in-nirien.