Nirien f’lukanda fil-Ġorġja ħallew 11-il persuna mejta u 21 oħra midruba. Il-vittmi mietu minħabba li belgħu duħħan fil-lukanda ta’ 22 sular.
Il-kawża tan-nirien – li damu sigħat biex intfew, għadha mhix magħrufa. Aktar minn 100 persuna ġew evakwati mil-lukanda.
L-identifikazzjoni tal-vittmi għadha mhix uffiċjali, għalkemm il-Ministeru tal-Intern qal li fost dawk mejta kien hemm Iranjan u 10 Ġorġjani.
Fl-istqarrija ntqal ukoll li dawk midruba ttieħdu l-Isptar u l-kundizzjoni tagħhom hija stabbli.