Għall-ħabta tal-17:30 ġew ikkawżati nirien f’sezzjoni tal-impjant ġewwa Sant’Antnin f’Marsaskala, fejn mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li dan seħħ permezz ta’ xi materjal relatat mal-piroteknika, li seta’ kien imħallat mal-iskart li daħal fl-impjant biex jiġi proċessat. Minnufih il-WasteServ ħadet il-miżuri kollha ta’ prekawzjoni sabiex in-nar jiġi kkontrollat, filwaqt li ntalbet l-assistenza tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll dik tal-Pulizija u l-EOD tal-Forzi Armati.
Ħadd mill-ħaddiema ma weġġa’ f’dan l-inċident.