Diversi żoni rurali fi New South Wales fl-Awstralja qed ikunu evakwati hekk kif nirien li ħakmu l-istat qed jinfirxu b’rata mgħaġġla.
Xi ħaġa li qed tkun ta’ theddida għad-djar u l-familji, u wasslet biex qed jingħalqu diversi toroq.
In-nirien laħqu aktar minn disgħin żona differenti, u hemm uħud minnhom li għadhom ma ġewx kontrollati.
L-awtoritajiet ikkonfermaw li s’issa kienet persuna waħda li ttieħdet fi Sptar f’Sydney minħabba l-ħruq li sofriet.
Uffiċjali ddeskrivaw is-sitwazzjoni fi New South Wales bħalissa bħala agħar min-nirien li kienu ħakmu lil Victoria fl-elfejn u disgħa, li kienu ħallew mija u tlieta u sebgħin persuna mejta.
Mal-elfejn pumpier għaddejjin b’ħidma kontinwa biex jikkontrollaw in-nirien.