Minn tal-inqas persuna waħda mietet minħabba nirien li ħakmu kamp tar-refuġjati li huwa mimli bin-nies ferm iżjed minn kemm jiflaħ, fil-gżira Griega ta’ Lesbos.
L-awtoritajiet lokali qalu li nstab il-ġisem bla ħajja ta’ mara, u aktarx ieħor ta’ tifel jew tifla.
Il-Pulizija użat il-gass tad-dmugħ fost immigranti li bdew jipprotestaw għax skonthom il-pumpiera bdew jaħdmu bilmod biex jitfu n-nar.
Dan il-kamp qed jagħti refuġju lil 12,000 persuna, iżda uffiċjalment jiflaħ biss 3,000 persuna.
Ritratt: BBC News