Il-Monasterju Jokhang f’Lhasa, l-iktar tempju importanti tal-Buddiżmu Tibetan, inħakem min-nirien.
Filmati li tpoġġew online urew fjammi ħeġin mis-saqaf u kif ukoll dehret pagoda li kważi inqerdet. Il-midja tal-istat Ċiniż qalet li n-nar beda tard is-Sibt u ntefa f’ħin qasir.
Dan filwaqt li ma kien hemm l-ebda rapporti ta’ fatalitajiet. Għadu mhux ċar kemm hi kbira l-ħsara li saret, bil-midja tgħid li ma saret l-ebda ħsara fuq relikwi kulturali.
It-Tempju huwa Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO.