Fl-aħħar ħinijiet żviluppaw nirien fil-lukanda Plaza Tas-Sliema li waslu biex in-nies kienu evakwati u fuq il-post issejħu l-Membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Minn tagħrif li ksibna minn fuq il-post jidher li n-nirien kienu kkaġunati minn wieħed mil-liftijiet tal-lukanda. Diversi persuni li kienu fil-lukanda ngħataw l-osiġnu iżda ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Ritratt ta’ ġewwa: Kelly Peplow