15:13: Il-Pulizija kkonfermat li anzjana kienet fir-residenza tagħha, meta għal xi raġuni mhux magħrufa, ir-residenza tagħha ħadet in-nar.
Fortunatament l-anzjana ma ġarrbet l-ebda ġrieħi.
Aktar Qabel: Ħaddiema mid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili issejħu fi Triq San Nikola, il-Belt Valletta, fejn nirien ħakmu residenza.
Jidher li n-nar kien ikontrollat, però aktar dettalji nwassluhom fil-ħin li ġej.