Ħames persuni ddaħħlu l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li nirien, li bdew mis-salvavita, ħakmu spiżerija u ħanut ieħor f’Tas-Sliema.
Kien għall-ħabta tal-10:45 li l-Pulizija ġew infurmati li salvavita fi spiżerija fi Triq Rudolph inħakmet minn nirien. Minn hemm ippruvaw jikkontrollaw in-nirien b’tagħmir li jitfi n-nar iżda n-nirien leħqu nfirxu.
Kien għalekk li ġew mgħarrfa l-membri tal-Protezzjoni Ċivili fejn minnufih marru fuq il-post sabiex jikkontrollaw in-nirien.
L-Enemalta tfiet parti mill-elettriku ta’ Triq Rudolph bil-membri tal-Protezzjoni Ċivili jevakwaw xi klieb li kienu qrib tal-istess żona.