L-iskola primarja ‘A’ tal-Mosta ġiet evakwata dan hekk kif l-iskola nħakmet minn nirien.
Kien għall-ħabta tal-11:50 fi triq Grognet fil-Mosta meta tqajjem suspett hekk kif numru ta’ persuni semgħu ħsejjes qishom splużjonijiet żgħar.
Kien għalekk li tfal flimkien mal-għalliema u l-kumplament tal-istaff fl-iskola ġew evakwati. Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili fejn bħalissa jinsabu fuq il-post biex jikkontrollaw in-nirien.
Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident iżda wħud mill-persuni, fosthom tfal, kellhom bżonn l-ossiġnu kawża ta’ dħaħen.
Jidher li x’aktarx l-isplużjoni seħħet fil-maħżen tal-iskola bil-konsegwenza li xi materjal li kien hemm inħakem minn nirien.