Bosta pompiera għaddejjin jissiltu man-nirien kbar li nħakmu madwar 700 metru l’bogħod mill-gżira Fraser, fl-Awstralja.
Għexerien ta’ residenti kienu mħeġġa jħallu kollox warajhom u jevakwaw l-post.
Għal sitt ġimgħat sħaħ, il-pompiera kienu qegħdin jikkontrollaw in-nirien ta’ din il-gżira li hija destinazzjoni popolari turistika barra mill-kosta ta’ Queensland.
In-nirien skattaw kawża ta’ ħuġġieġa li tqabbdet f’nofs Ottubru li għadda u qerdet aktar minn nofs l-gżira madwar 83,000 ettaru.
Il-gżira Fraser hija waħda mill-ikbar gżira fid-dinja u hija mniżżla bħala sit dinji storiku tal-UNESCO.