Illum wara nofsinhar għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin għaxra, beda nar f’residenza li mhux okkupata ġewwa Triq Santa Marija, ix-Xewkija.
Waqt l-intervent mil-Protezzjoni Ċivili, tnejn mill-ħaddiema, wieħed ta’ 49 sena residenti l-Fontana u ieħor ta’ 43 sena residenti f’San Lawrenz weġġgħu waqt li kienu qed jitfu n-nar minn fuq r-residenza.
Fuq il-post issejjaħ team mediku li assista lill-vittmi fejn ittieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa. Iktar tard ir-raġel ta’ 49 sena ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi filwaqt li l-vittma l-oħra sofra ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.