Ħadd ma’ weġġa f’nirien li żviluppaw f’garaxx f’San Ġwann.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-9.45pm, meta għal xi raġuni sploda ċilindru tal-gass u żviluppaw nirien f’garaxx ta’ dar fi Triq il-Ħida f’San Ġwann.
Fuq il-post waslu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien fi ftit ħin li b’xorti tajba ma laħqux infirxu.
Is-sid tad-dar flimkien mal-annimali domestiċi tiegħu nħarġu mid-dar.
Il-Pulizija evakwaw ukoll lill-ġirien biex jaċċertaw li ma jkun hemm periklu għal ħadd.