Dħaħen kbar ħarġu minn garaxx f’Ħal Qormi, fi Triq Aniċi. Għal bidu kien maħsub li seta’ ħa n-nar. Iżda minkejja d-dħaħen u x-xokk li ħadet il-familja li tgħix fuq il-garaxx, ħadd ma jinsab fil-periklu. Madanakollu raġel anzjan intbagħat fl-eqreb Ċentru tas-Saħħa għall-kura minħabba dħaħen li bela’.