B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ meta nirien ħakmu barriera fi Triq tal-Ibraġġ, limiti tas-Siġġiewi.
Ninsabu informati li ħadu n-nar xi dgħajjes li kien hemm fil-barriera. Fuq il-post marru l-Pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, sabiex jikkumattu nirien li bdew għall-ħabta tas-19:30.