Uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kkontrollaw nirien li ħakmu appartament fi Triq Apap Bologna, Wied il-Għajn. Jidher li ħadd ma’ weġġa f’dan l-inċident.
Dan seħħ għall-ħabta tas-18:30. Fuq il-post issejħet ambulanza li tat l-ewwel għajnuna lil mara residenti fl-appartament, li belgħet xi duħħan.
Għalkemm in-nirien ġew ikkontrollati, id-dannu li ħallew għadu mhux magħruf.