Anzjan ta’ 66 sena residenti l-Qawra qed jingħata l-assistenza medika fl-isptar Mater Dei wara nirien fl-appartament tiegħu.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 6.30 ta’ dalgħodu hekk kif l-appartament tar-raġel, fi triq il-Paċi, San Pawl il-Baħar ħa n-nar kawża ta’ heater.
Il-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili evakwaw il-blokka li fiha hemm dan l-appartament.
Il-kundizzjoni tar-raġel għad mhux magħrufa.