Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għaddejjin b’operazzjoni fil-Fgura wara li appartament nħakem minn nirien.
Il-każ seħħ għall-ħabta tan-12:30 ta’ waranofsinhar meta penthouse għal xi raġuni nħakmet minn nirien.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanza.
Tim mediku ta l-ewwel għajnuna fuq il-post lil tifla bil-membri tal-Protezzjoni Ċivili kienu għaddejjin b’ħidma biex jikkontrollaw in-nirien.
Huwa mifhum li n-nar żviluppa minn playpen fil-kċina tar-residenza.
In-nies mill-blokka ġew evakwati fosthom tarbija.