B’rabta man-nirien li ħakmu l-impjant ta’ Sant’Antnin, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qed jappella lir-residenti tal-inħawi biex jgħalqu l-bibien u t-twieqi ta’ djarhom għax id-duħħan jista’ jkun tossiku.
Jekk id-duħħan xorta jippenetra fi djarhom permezz tal-ventilazzjoni, r-residenti huma mħeġġa sabiex joħorġu minn djarhom.
Dan l-avviż jestendi sa xħin jintfew in-nirien.
Ritratt: Neil Azzopardi Ferriggi / Gabriel Cassar