L-għada li tħabbru miżuri ġodda marbuta mal-ivvjaġġar sigur minn u lejn pajjiżna, diversi unjins u assoċjazzjonijiet kellhom reazzjonijiet pożittivi.
Il-General Workers Union qalet li issa li l-attività ekonomika bdiet tirkupra bil-mod, huwa importanti li nipproteġu dak li ksibna flimkien.
L-istess unjin laqgħet il-miżura li kull min jiġi f’pajjiżna jrid bilfors ikollu ċertifikat tat-tilqim rikonoxxut, u qalet li issa li s-settur turistiku beda jiftaħ, jeħtieġ nipproteġu s-saħħa ta’ kull ħaddiem u l-impjiegi, kemm dawk diretti kif ukoll indiretti.