Il-Prim Ministru Boris Johnson stqarr li jippreferi jmut ġo fossa milli jitlob estensjoni għal Brexit.
Dan filwaqt li wħud mill-membri Parlamentari Ingliżi, li wħud minnhom huma li telqu mill-partit tat-Konservattiv, lesti li jiħdu azzjoni legali f’każ li il-Prim Ministru Ingliż ma jitlobx estensjoni għal Brexit.
Għal din ir-raġuni l-membri Parlamentari qegħdin jingħaqdu biex jekk ikun hemm il-bżonn imorru l-Qorti bil-għan li tissaħħaħ il-liġi.
Fl-abbozz ta’ liġi hemm miktub li l-Prim Ministru għandu jitlob estensjoni sal-aħħar ta’ Jannar jekk ma jkunx hemm qbil fil-Parlament fuq il-ftehim mal-Unjoni Ewropea sad-19 t’Ottubru.
Minkejja li l-Gvern Ingliż stqarr li se jimxi mal-liġijiet, Johnson qal li fit-teorija din il-liġi qed tobbligah jitlob lill-Unjoni Ewropea għal estensjoni meta m’hemmx bżonn. Rapporti fil-midja internazzjonali qed jgħidu li l-Prim Ministru Ingliż stqarr li hu mhuwiex lest jitlob għal estensjoni oħra.
Ritratt: Getty Images